Futbol internazzjonali
“Opportunità oħra għall-plejers biex juru x’jafu” – Silvio Vella, kowċ Under-21

It-tim Malti ta’ taħt il-21 sena għada jkun fl-azzjoni f’logħba oħra ta’ kwalifikazzjoni kontra l-Ungerija. F’konferenza tal-aħbarijiet lejlet il-partita, il-kowċ Silvio Vella semma’ kif għalkemm it-tim għadu bla punti f’dan il-grupp, din hija opportunità oħra għal dawn iż-żgħażagħ biex juru x’jafu fl-aspirazzjoni tagħhom li jiġu promossi mat-tim tal-kbar, anke fid-dawl tal-fatt li għal ħafna minnhom dawn iż-żewġ logħbiet, għada mal-Ungerija u t-Tlieta kontra Ċipru huma l-aħħar esperjenza għalihom fl-Under-21.

Il-progress ta’ plejers bħal Joseph Mbong, Juan Corbolan u Jake Grech għandu jixpruna lil dawn iż-żgħażagħ f’logħbiet bhal dawn.

Il-logħba Malta – Ungerija ta’ taht il-21 sena tintlagħab għada fil-5pm fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali.

Ir-referee tal-partita jkun Eldorjan Hamiti tal-Albanija.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

SERIE A 2018/19 Riżultati tal-Ħadd Spal 0 – 0 Chievo Fiorentina 3 – 1 Empoli Frosinone 0 – 2 Sassuolo Sampdoria 2 – 0 Parma Cagliari 0 – 1 Napoli…

Futbol internazzjonali

PREMIER LEAGUE INGLIŻ 2018/19 Riżultati tal-Ħadd Brighton  1 – 2  Chelsea Southampton 3 – 2 Arsenal Liverpool 3 – 1  Manchester Utd

Futbol internazzjonali

Il-UEFA tat ftit tan-nifs lit-team taljan ta’ AC Milan hekk kif il-Club se jkun qed jingħata ċans itejjeb u jipprova jibbilanċja s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu fis-snin li ġejjin. Il-UEFA permezz tal-kumitat…

Futbol internazzjonali

It-timijiet ta’ Manchester City, kemm tal- irgiel kif wkoll tan-nisa għamel diversi żjarat fi sptarijiet madwar il-belt, inkluż l-isptar tat-tfal. Pep Guardiola qatta ġurnata sħiha jiltaqa’ ma żgħażagħ u tfal…

Aktar