Waterpolo
Otters jiksbu l-ewwel rebħa

Il-bieraħ intlagħbu żewġ logħbiet mill-kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni.

Fl-ewwel logħba Otters ghelbu lil M’Xlokk 9-8, sessjonijiet l-Għawdxin l-ewwel, 1-3, 3-1, 4-2, 1-2.

Fit-tieni logħba faċli għal Valletta li għelbu lil Ta’ Xbiex. 13-7. L-iskors tas-sessjonijiet  5-2, 2-3, 4-0, 2-2.

Illejla żewġ logħbiet mill-Kampjonat Premier fejn fis-6.15pm Sliema jiltaqgħu kontra B’Bugia filwaqt li fis-7.20pm ikun hemm il-konfront bejn Exiles u Sirens.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League