Futbol internazzjonali
Paolo Fonseca l-favorit li jieħu l-post vakat minn Steve Bruce ma’ Newcastle United

Paulo Fonseca huwa l-favorit li jieħu l-post ta’ Steve Bruce ma’ Newcastle United. Jidher li d-djar tal-imħatri qed ipoġġu lil Fonseca bħala favorit, segwit minn Lucien Favre u Eddie Howe.

Fil-preżent Fonseca jinsab bla xogħol wara li telaq lil Roma aktar kmieni din is-sena. Is-sajf li għadda l-kowċ Portugiż beda jissemma’ ħafna li jista’ jmexxi lil Tottenham Hotspur.

Jekk kemm-il darba l-Magpies imorru għall-Portugiż, allura jkunu qed jieħdu ċertu riskju meta Fonseca m’għandux esperjenza fil-Premier League. Fil-karriera tiegħu kellu tliet snin tajbin ħafna ma’ Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA