Local Sports
Paraolimpijadi: Clifton Grima jilqa’ lil Thomas Borg u Vladyslava Kravchenko

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji, Clifton Grima llum laqa’ fl-uffiċju tiegħu lill-atleti Thomas Borg u Vladyslava Kravchenko, li pparteċipaw fil-Logħob Paraolimpiċi f’Tokyo, f’isem pajjiżna.

Matul il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima esprima l-gratitudni tiegħu lejn l-atleti fejn is-sagriċċju u d-dedikazzjoni tagħhom matul ix-xhur li għaddew, intweriet fil-prestazzjoni tagħhom waqt il-logħob.

Vladyslava Kravchenko u Thomas Borg irrapreżentaw lil Malta fl-għawm u l-atletika, rispettivament.

Din kienet l-ewwel darba mill-1980 li Malta kienet rappreżentata minn aktar minn atleta waħda fil-Logħob Paralimpiku.

 

Miktub minn...
TVM Sport