Futbol internazzjonali
Paris St Germain interessati f’Paul Pogba

Paris St Germain huma interessati fil-plejer Franċiż ta’ Manchester United, Paul Pogba.

Pogba jinsab fl-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu ma’ Manchester United.

Minkejja li għad ma kien hemm l-ebda kuntatt bejn iż-żewġ klabbs u ma saret l-ebda offerta uffiċjali, il-media Franċiża rrapurtat dan bi prominenza fl-aħħar sigħat.

Min-naħa tiegħu, Pogba se jkun qed jevalwa l-offerti kollha.

F’Diċembru li għadda, l-aġent tal-plejer, Mino Raiola, qal li l-plejer kien imdejjaq f’Manchester u li għandu bżonn jibdel ħajtu.

Għal dan l-istaġun, PSG diġà akkwistaw lill-gowlkiper Gianluigi Donnarumma, u lid-difensuri Sergio Ramos u Achraf Hakimi.

Miktub minn...
TVM Sport