Futbol internazzjonali
Paris St Germain meħlusa mill-akkużi li kisru r-regolamenti tal-Financial Fair Play

Paris St Germain rebħu battalja legali kontra l-UEFA wara li kienu akkużati li qegħdin jonfqu flejjes kbar fis-suq tat-trasferimenti u fuq il-pagi tal-plejers. Il-UEFA kienet ippruvat terġa’ tiftaħ din l-investigazzjoni kontra t-tim Franċiż, bil-Pariġini mill-ewwel ħadu l-każ quddiem il-Qorti Sportiva tal-Arbitraġġ (CAS). Din il-Qorti ddeċidiet li PSG kellhom raġun fl-appell tagħhom u dan għaliex il-UEFA damet ħafna taħsibha qabel reġgħet pruvat tiftaħ l-investigazzjoni dwar dan il-każ, u allura, il-leaders tal-klassifika ta’ League Un inħelsu minn kull akkuża li kissru r-regolamenti tal-Financial Fair Play (FFP).

Kien f’Ġunju tas-sena li għaddiet meta l-Investigatory Chamber tal-UEFA’s Club Financial Control Body (CFCB) kien ħeles lil PSG minn kull akkuża li kisru r-regolamenti tal-FFP, imma aktar tard matul dak ix-xahar, iċ-chairman tas-CFCB ordna lill-Kamra Aġġudikatorja sabiex terġa’ tirrevedi d-deċiżjoni. Kien f’Settembru li għadda meta l-Kamra Aġġudikatorja reġgħet irreferiet il-każ lill-Kamra Investigatorja għal aktar stħarriġ, imma jidher li l-UEFA damet aktar minn għaxart ijiem sabiex tinvestiga u tagħlaq l-investigazzjonijiet tagħha.

Dan il-każ m’għandux x’jaqsam ma’ każ ieħor li qiegħed tinvestiga l-UEFA fil-preżent, fil-konfront tal-istess PSG, dwar il-finanzi tal-klabb fl-istaġun 2017-18. Dan kien l-istaġun meta l-Pariġini ffirmaw lill-istilla Neymar Jr mingħand Barcelona għas-somma ta’ €222 miljun, kif ukoll iffirmaw lil Kylian Mbappé mingħand Monaco.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Bejn illejla u għada jintlagħbu t-tieni legs tas-semifinali tal-Coppa Italia. F’San Siro, illejla Milan jilqgħu lil-Lazio wara li fl-Olimpico fl-ewwel leg, il-konfront spiċċa fid-draw ta’ mingħajr gowls. Il-konfront tal-lejla ser…

Futbol internazzjonali

Tottenham H. 1 Brighton 0 Tottenham Hotspur resqu pass eqreb lejn post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej meta f’darhom għelbu lill-Brighton bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl kien skurjat fit-88 minuta…

Futbol internazzjonali

Billy McNeill, ex captain ta’ Celtic u l-ewwel Brittaniku li għolla t-Tazza Ewropea, miet fl-età ta’ 79 sena. McNeill mexxa lil Celtic fil-finali tal l-1967 meta dakinhar għelbu lil Inter…

Futbol internazzjonali

Atalanta għadhom qegħdin jittamaw li jakkwistaw post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej wara li lbieraħ filgħaxija għelbu lin-Napoli bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Napoli li fetħu l-iskor fit-28 minuta meta…

Aktar