Sparar
Parteċipazzjoni Maltija fl-ISSF World Cup f’Ċipru

Tlett mija u tnax il-atleta minn tmienja u ħamsin pajjiż ħadu sehem fit-Tazza tad-Dinja ISSF li saret f’Nicosia, Ċipru.

Team Malta ħa sehem fl-Iskeet permezz ta’ Clive Farrugia u Bozhidar Vasilev Dimitrov. Farrugia spiċċa fit-33 post fejn huwa laqat 119 minn 125 plattina filwaqt li Dimitrov ikklassifika fis-56 post wara li huwa laqat 115 minn 125 plattina.

It-tiraturi Maltin William Chetcuti, Brian Galea u Rudolph Zammit irrapreżentaw lil Malta fit-Trap Men Event b’Chetcuti jmur l-aħjar fejn laqat 117 minn 125, b’Galea jolqot 110 u Zammit 103, b’dan tal-aħħar tkun l-ewwel esperjenza tiegħu f’Tazza tad-Dinja.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League