Futbol lokali
Partita futbol ta’ ħbiberija bejn it-team tal-AFM u l-Esercito Italiano

Fl-Okkażjoni tal-45 sena li tfakkar ir-relazzjonijiet ta’ koperazzjoni bejn il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Esercito Italiano se tkun organiżżata logħba football nhar it-Tnejn li ġej fil-Luxol Stadium.

Bħala parti mill-preparazzjoni għal din il-logħba it-team tal-Forzi Armati ta’ Malta qed iħejji bis-sħiħ b’diversi sessjonijiet ta’ taħriġ.

Apparrti l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta Jeffrey Curmi għal din l-okażjoni se jattendi wkoll il-Ġeneral tal-Esercito taljan Claudio Graziano.

Il-qliegħ kollu mill-biljetti tad-dħul ta’ din il-logħba se jmur b’risq il-Malta Community Chest Fund. Il-Logħba bejn it-Team tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-Esercito Italiano tintlgħab nhar it-Tnejn fil-Luxol Stadium u tibda fl-4pm.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Aktar transfer hekk kif Floriana wkoll bdew jiċċaqalqu bl-akkwisti kkordinati mill-President Riccardo Gaucci li ftit jiem ilu reġa’ ġie konfermat fil-kariga mill-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Greens. Floriana kkonfermaw l-akkwist ta’ Augusto…

Futbol lokali

Ikomplu l-akkwisti ta’ aktar players barranin mill-Club ta’ Balzan hekk kif dawn iffirmaw lill-attakkant mis-Serbja Stefan Dimic. Dimic, għandu 26 sena, u fil-passat lagħab mat-teams tal-Youths u anke ta’ taħt…

Futbol lokali

Mario Muscat, l-ex gowlkiper nazzjonali ta’ Malta u ta’ Hibernians FC, mil-lum sar kowċ ta’ Senglea Athletic FC. Kif żvela TVM Sport fis-sigħat li għaddew, Muscat inħall mill-kuntratt li kellu…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena, immexxi minn Winston Muscat, se jmur ‘traning camp’ ta’ sitt ijiem fl-Awstrija. Waqt dan it-‘training camp’, it-tim se jilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija….

Aktar