Futbol internazzjonali
Partita ta’ ħbiberija f’Ta’ Qali – Zbrojovka Brno idawru telfa f’rebħa kontra Hibernians

Partita ta’ ħbiberija_Stadium Nazzjonali

Zbrojovka Brno (Repubblika Ċeka) ……… 3
Hibernians (Malta) ……………………………. 1
Fl-ewwel minn sensiela ta’ partiti ta’ ħbiberija bejn it-timijiet Ċeki u mis-Slovakkja li ħadu sehem fit-Tipsport Malta Cup hawn Malta fil-jiem li għaddew, u erba’ timijiet mill-Kampjonat BOV Premier: propju r-rebbieħa tat-tournament Zbrojovka Brno mit-Tieni Diviżjoni Ċeka ħarġu rebbieħa fuq il-leaders attwali tal-kampjonat Malti Hibernians bl-iskor ta’ 3-1.

Hibernians fil-vantaġġ eżatt man-nofs siegħa logħob: corner ta’ Marco Sahanek: Leandro Barbosa żmarkat fil-kaxxa ż-żgħira ma kellux diffikulta’ jitfa’ fix-xibka bir-ras.

Il-goal tad-draw ta’ Brno fil-61 minuta: Bartolomeu seraq ballun lil Timothy Tabone Desira, avvanza u għeleb lil Rudy Briffa li kien daħal fit-tieni taqsima flok Hogg.

Fis-67 minuta save tajjeb tal-goalkeeper Ċek fuq xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Jurgen Degabriele: u fl-74 minuta Brno marru minn fuq, Timothy Tabone Desira waqqa’ lil Krejci fil-kaxxa: mill-11-il metru l-captain Lukas Magera ma falliex.

Fil-81 minuta Briffa evita t-tielet goal b’intervent tajjeb fuq Jambor f’azzjoni ta’ kontrattakk. Tielet goal li wasal xorta għaċ-Ċeki b’danakollu erba’ minuti mit-tmiem meta Prichystal ikkonkluda fil-lasta minn taħt Rudy Briffa b’tap-in sempliċi.

Riżultat finali: Brno 3, Hibernians 1: ikkontrolla l-partita r-referee Eman Grech.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tħabbar li ż-żewġ logħbiet mill-kwartifinali tal-FA Trophy li kellhom jintlagħbu għada fl-istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali kienu mħassra minħabba l-maltemp. Fl-ewwel logħba ta’ għada Balzan kellhom jiltaqgħu kontra Tarxien u fit-tieni…

Futbol internazzjonali

West Ham United komplew telgħin aktar il-fuq fil-klassifika tal-Kampjonat Premier dan wara li l-bieraħ huma għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 3-1. Kienu Fulham li fetħu l-iskor wara biss tlett minuti…

Futbol internazzjonali

Chelsea ġew sospiżi għal żewġ transfer windows mill-FIFA u mwaħħla 600,000 frank żvizzeru wara li nstabu ħatja li kisru Artiklu 19 tar-regolamenti dwar reġistrazzjonijiet tal-plejers. Il-FIFA qalu li Chelsea kisru…

Aktar