Futbol internazzjonali
Partita ta’ ħbiberija – Rebħa għal Floriana fuq oppożizzjoni Ċeka

Partita ta’ ħbiberija_Stadium Nazzjonali

Mas Taborsko (Repubblika Ċeka) ……… 1
Floriana (Malta) ……………………………… 2
Il-progress ta’ Floriana mill-bidu tas-sena ‘l hawn ikompli jħalli l-frott hekk kif f’logħba ta’ ħbiberija l-Erbgħa filgħaxija fl-Istadium Nazzjonali huma għelbu lit-team Ċek Mas Taborsko bl-iskor ta’ 2-1.

Kollox ġara fl-ewwel taqsima: kienu Taborsko li fetħu l-iskor wara biss 5 minuti meta minn azzjoni ta’ corner, Martin N’Gimbi kellu l-ħin kollu jimmira u jitfa’ għar-rokna.

Floriana ġabu d-draw fit-18-il minuta: ġirja twila ta’ Clyde Borg li avvanza fuq il-linja xellugija u daħal fil-kaxxa, ix-xutt tiegħu kien salvat imma ma nżammx mill-goalkeeper Ċek, segwa l-azzjoni Daniel Agius li minn mat-tieni lasta tefa’ fix-xibka.

U sitt minuti wara Floriana fil-vantaġġ: kross perfett ta’ Dyama mil-lemin, Tiago Galvao da Silva żmarkat fil-kaxxa mbotta l-balljun għal ġewwa b’sidru.

Dak kellu jkun il-goal deċiżiv għax xejn aktar ma ġara wara l-mistrieħ: biex ir-riżultat baqa’ ma nbidilx: MAS Taborsko 1, Floriana 2.

Il-partita rat id-debutt ma’ Floriana tal-akkwist ġdid tagħhom mingħand Santa Luċija Brandon Paiber.

Referee kien Darryl Agius.

Il-Ħamis filgħaxija żewġ partiti oħra ta’ ħbiberija, dejjem fl-Istadium Nazzjonali: fis-6 Mlada Boleslav mis-Superliga Ċeka kontra Balzan: warajhom fit-8 ċ-champions tax-xitwa fis-Slovakkja Slovan Bratislava kontra Gżira Utd.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tħabbar li ż-żewġ logħbiet mill-kwartifinali tal-FA Trophy li kellhom jintlagħbu għada fl-istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali kienu mħassra minħabba l-maltemp. Fl-ewwel logħba ta’ għada Balzan kellhom jiltaqgħu kontra Tarxien u fit-tieni…

Futbol internazzjonali

West Ham United komplew telgħin aktar il-fuq fil-klassifika tal-Kampjonat Premier dan wara li l-bieraħ huma għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 3-1. Kienu Fulham li fetħu l-iskor wara biss tlett minuti…

Futbol internazzjonali

Chelsea ġew sospiżi għal żewġ transfer windows mill-FIFA u mwaħħla 600,000 frank żvizzeru wara li nstabu ħatja li kisru Artiklu 19 tar-regolamenti dwar reġistrazzjonijiet tal-plejers. Il-FIFA qalu li Chelsea kisru…

Aktar