Futbol internazzjonali
Partitarji jsegwu l-logħob mill-parkeġġ tal-karozzi fid-Danimarka

Il-partitarji fid-Danimarka qed isegwu l-logħon fuq skrins kbar fil-car parks. FC Midtjylland qed jagħmlu dak kollu possibbli sabiex il-partitarji tagħhom ikunu jistgħu jsegwu l-logħob tat-tim, u f’parkeġġ li jesa’ 12,000 karozza qed ikun possibbli li ftit aktar minn 2,000 vettura jkunu preżenti waqt il-logħbiet tat-tim. Il-kummentarju qed isegwuh minn fuq ir-radju.

Filwaqt li l-istadium qed ikun vojt, il-plejers ikunu jistgħu jaraw il-partitarji fil-parkeġġ permezz ta’ skrin kbir li hemm fil-grawnd, u għallinqas ikunu jistgħu jħossu s-sapport tal-partitarji tagħhom.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Celta Vigo 1   Atlético Madrid 1 Celta Vigo ħadu punt importanti fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni meta laqgħu għandom lil Atlético Madrid u żammewhom fi draw ta’ 1-1. Għal Madrileni kważi hemm…

Futbol internazzjonali

Milan 4   Juventus 2 Tliet gowls f’temp ta’ ħames minuti fit-tieni taqsima dawru l-logħba favur Milan meta f’San Siro għelbu lil Juventus 4-2. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien għadu…

Futbol internazzjonali

Crystal Palace 2   Chelsea 3 Chelsea qabżu fit-tielet post tal-klassifika meta marru għandy Crystal Palace u ħarġu bit-tliet punti f’idejhom b’rebħa ta’ 3-2. Il-Blues fetħu żewġ gowls vantaġġ sal-ewwel nofs…

Futbol internazzjonali

Xavi Hernandez ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Al-Sadd fil-Qatar għal sena oħra. L-aħbar għamluha uffiċjali l-klabb stess wara spekulazzjoni li l-plejer seta’ rritorna mal-ex klabb tiegħu Barcelona bħala membru fl-istaff tekniku….

Aktar