Futbol internazzjonali
Partitarji ta’ Chelsea jkantaw kanzunetta anti-semitika fil-konfront ta’ Tottenham H.

Wara l-logħba tal-bieraħ tal-UEFA Europa League bejn Vidi u Chelsea li ntemmet 2-2, il-klabb Ingliż wiegħed li ser jieħu l-azzjonijiet kollha possibbli kontra l-partitarji li ser jinqabdu li kantaw lirika anti-semitika f’Budapest, l-Ungerija, ilbieraħ filgħaxija. L-inċident tal-bieraħ kompla jitfa’ lit-tim ta’ Chelsea f’dawl ikrah wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, erba’ partitarji tat-tim kienu sospiżi għaliex għaddew kumment razzjali lil Raheem Sterling.

Il-logħba tal-bieraħ f’Budapest kienet ilha li bdiet ftit minuti, sakemm grupp żgħir ta’ partitarji ta’ Chelsea, instemgħu jkantaw kanzunetta anti-semitika kontra t-tim ta’ Tottenham Hotspur. B’dawn iż-żewġ timijiet ġejjin minn Londra, hemm ċertu animożità bejn il-partitarji ta’ Stamford Bridge u dawk ta’ White Hart Lane, bil-partitarji ta’ Chelsea ħafna drabi jgħajru lil dawk ta’ Tottenham minħabba r-reliġjon u r-razza. Dan għaliex huwa fatt magħruf li t-tmexxija tal-Ispurs hija minn persuni Lhud.

Jidher li wara l-inċident tal-bieraħ, Roman Abramovich ta’ Chelsea jinsab iddiżgustat għall-aħħar, meta hu stess huwa Lhudi, bil-klabb ta’ Chelsea joħroġ stqarrija u jgħid li dak li għamlu grupp żgħir ta’ partitarji f’Budapest, ġab stmerrija fuq il-klabb. Fl-istess stqarrija, il-klabb ta’ Chelsea saħaq li ser jagħmel dak kollu possibbli sabiex il-partitarji jiġu identifikati u jieħdu dak li ħaqqhom għal din l-azzjoni bla ħsieb u bla qalb. Anke l-UEFA ser tkun qiegħda tinvestiga l-każ u qegħdin jistennew ir-rapport tar-referee qabel jieħdu azzjoni.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Ilbieraħ bdew it-tieni logħbiet tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2020, b’telfa sorpriża għall-Kroazja barra minn darhom għand l-Ungerija, filwaqt li l-Ġermanja rnexxilhom joħoġru rebbieħa fl-Olanda bl-iskor ta’ 3-2.Rebħiet ukoll għar-Russja, l-Iskozja…

Futbol internazzjonali

Kwalifikazzjoni Kampjonat Euro UEFA 2020 European Qualifiers – Grupp F Malta…………….. 2 Gżejjer Faroe……1 Malta bdiet bl-aħjar mod l-impenji tagħha fil-kampjonat Ewropew 2020 meta f’Ta’ Qali f’logħba mill-iktar eċċitanti għeleb…

Futbol internazzjonali

Illum komplew jintlagħbu aktar logħbiet mill-kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 meta minn Grupp A f’Wembley Stadium l-Ingilterra bdew bil-kbir l-impenji tagħhom dan wara li huma għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 5-0.  L-eroj…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain Neymar ġie akkużat mill-UEFA talli insulenta lir-referee wara li t-tim Franċiż safa eliminat mir-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League minn Manchester United. Neymar li…

Aktar