Futbol internazzjonali
Futbol Internazzjonali: Partitarji ta’ Cruzeiro jaqilgħu l-inkwiet fil-Brażil

Fil-Brażil: Inkwiet kbir fl-aħħar partita tal-kampjonat Brażiljan tat-tim ta’ Cruzeiro fejn kellha tiġi sospiża wara li partitarji qalgħu s-seats kollha li kien hemm fil-viċinanzi tagħhom u tefgħuhom lejn il-plejers fil-pitch wara li t-tim tagħhom safa’ relegat mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni għall-ewwel darba fl-istorja.

Ir-referee abbanduna l-partita meta kien għad jonqos ħames minuti hekk kif il-Palmeiras skurjaw it-tieni gowl tagħhom għal skor finali ta’ 2-0.

Biex tiġi kkalmata s-sitwazzjoni kellha tintervjeni l-Pulizija li spiċċaw kellhom iwaddbu bombi ta’ prekawzjoni lejn il-partitarji sakemm ir-referee ddeċieda li s-sigurtà tal-plejers kienet mhedda u abbanduna l-partita.

Ħafna partitarji bit-tfal kienu diġà ħallew il-Mineirao Stadium kif raw l-inkwiet ġej.

Flamengo rebħu l-kampjonat b’16-il punt f’ras il-klassifika.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Programm sħiħ ta’ partiti llum wara nofsinhar. Draw ta’ 1-1 bejn Arsenal u Sheffield United. Martinelli fetaħ l-iskor eżatt qabel il-mistrieħ u John Fleck ġab il-gowl tad-draw fit-83 minuta. Bl-istess…

Inter iffirmaw lill-plejer Ingliż u captain ta’ Manchester United Ashley Young. Id-difensur ingħata sitt xhur kuntratt b’opzjoni li jiġġedded għal staġun ieħor. Young se jkun qed jingħaqad ma’ Romelu Lukaku…

Futbol internazzjonali

Coppa Italia – Round tas-16 Parma 0   Roma 2 Doppjetta ta’ Pellegrini fit-tieni taqsima għenet lil Roma sabiex jgħaddu għall-kwartifinali tal-Coppa Italia meta għelbu lil Parma bl-iskor ta’ 2-0. Pellegrini…

Futbol internazzjonali

It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ser terġa’ ssir f’Jannar u Frar fl-edizzjoni li jmiss tal-2021. Dan tħabbar mill-Federazzjoni tal-Futbol tal-Kamerun li permezz ta’ Twitter ħabbru li t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ser issir bejn…

Aktar