Futbol lokali
Partitarji ta’ Valletta FC jorganizzaw carcade quddiem l-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali

Partitarji ta’ Valletta FC, illum wara nofsinhar, organizzaw carcade quddiem l-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

TVMSport tkellem ma’ wħud mill-partitarji li kienu preżenti f’dan il-carcade li spjegaw li din l-inizjattiva ttieħdet għaliex “iddejqu mingħajr futbol.”

Partitarji oħra li tkellmu ma’ TVM Sport qalulna li kienu qed jiċċelebraw il-Kampjonat BOV Premier li ntrebaħ fl-istaġun li għadda kontra Hibernians FC.

Il-partita ‘decider’ bejn Valletta FC u Hibernians FC għar-rebħ tat-titlu kienet intlagħbet fl-4 ta’ Mejju 2019, u għada t-Tnejn hu l-ewwel sena anniversarju.

Serbut ta’ madwar 400 karozza telaq mill-Belt Valletta sal-parkeġġ ta’ quddiem il-West Stand tal-Istadium Nazzjonali.

Il-Kampjonat BOV Premier jinsab wieqaf wara 20 ġurnata bid-deċiżjoni hux se jitkompla jew le li għandha tittieħed aktar tard dan ix-xahar.

Illejla TVMSport jiddibatti proprju jekk il-kampjonat għandux jitkompla jew le fi programm speċjali li jibda fid-20:45 fuq TVM2: bil-kummenti tal-presidenti u uffiċjali oħra għolja fl-amministrazzjoni tal-klabbs fl-ewwel sitt postijiet tal-klassifika u bil-kummenti wkoll tal-President tal-MFA Bjorn Vassallo.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA illum ħareġ is-sospensjonijiet wara l-ewwel logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21. Fost il-lista ta’ tliet plejers li ġew sospiżi hemm il-plejer ta’ Lija Athletic Carl Joseph Cassar li…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Aktar