Partiti nternazzjonali ta’ ħbiberija: rebħiet għall-Ingilterra, Spanja, Ġermanja

L-Erbgħa filgħaxija ntlagħbu diversi partiti ta’ ħbiberija nternazzjonali ta’ kalibru, b’ħafna minnhom jinvolvu timijiet finalisti fit-Tazza tad-Dinja fil-Brażil is-sajf li ġej.

F’Wembley goal tard ta’ Daniel Sturridge ta lill-Ingilterra rebħa mqanzħa ta’ 1-0 fuq id-Danimarka. L-attakkant ta’ Liverpool kellu żewġ tentattivi oħra salvati mill-goalkeeper Schmeichel, li laqa’ darbtejn ukoll fuq xuttijiet ta’ Wellbeck. Wara li Rasmussen kważi poġġa lid-Danimarka minn fuq, 8 minuti mit-tmiem Sturridge skorja bir-ras minn kross tas-sostitut Lallana. Sturridge issa skorja tnax-il goal fl-aħħar tnax-il logħba għal club u pajjiż.

F’logħbiet ohra l-Ġermanja għelbu liċ-Ċili 1-0 ukoll b’goal ta’ Mario Gotze; u Franza rebħu 2-0 mal-Olanda b’goals ta’ Benzema u Matuidi.

pedro

F’Madrid goal ta’ Pedro f’nofs it-tieni taqsima kien biżżejjed għal rebħa minima imma meritata ta’ 1-0 għal Spanja fuq l-Italja. L-attakkant ta’ Barċellona laqat il-ballun ħażin imma xorta għadda minn taħt Buffon wara azzjoni penetranti fil-kaxxa l-kbira Taljana mibdija mis-sostitut David Silva. L-eqreb li marru l-Italja kien minn azzjoni ta’ Cerci li laqat il-lasta fil-bidu tal-logħba. Spanja żanżnu kit kollu iswed għal din il-partita li rat ukoll lill-attakkant Brażiljan t’Atletico Madrid Diego Costa jiddebutta man-nazzjonali Spanjola.

Il-Ġappun għelbu lil New Zealand 4-2, ir-Russja rebħu 2-0 mal-Armenja, il-Greċja tilfu 2-0 f’darhom mal-Korea t’Isfel, waqt li l-Brażil barra minn darhom għelbu lill-Afrika t’Isfel 5-0 b’goals ta’ Oscar, Neymar tliet darbiet, u Fernandinho.

Riżultati oħra: Rumanija 0 Arġentina 0, Ukrajna 2 Stati Uniti 0, Awstrija 1 Urugwaj 1, Żvizzera 2 Kroazja 2, Belġju 2 Kosta tal-Avorju 2: bl-Afrikani jirkupraw minn tnejn minn taħt bil-goal tad-draw fil-ħin miżjud. Il-Portugall għelbu lill-Kamerun 5-1 wara li sa nofs it-tieni taqsima ż-żewġ timijiet kien għadhom 1-1.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, it-Tlieta li ġej. Il-partita hi valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropew…

Il-FIFA Club World Cup li kellha ssir f’Doha f’Diċembru li ġej mhux se ssir minħabba l-pandemija COVID-19. Dan kien ikkonfermat il-bieraħ waqt il-Kungress ta’ din is-sena tal-FIFA li sar b’mod…

Aktar