Pato viċin Inter, Milan iridu lil Cerci u Morata mal-Juve

Mis-suq tat-trasferimenti internazzjonali jidher li l-Club ta’ Inter lest imexxi biex jakkwista lil Brażiljan ta’ 22 sena Pato ex player ta’ Milan.

Inter huma konxji li l-player mhuiex fl-aħjar kundizzjoni fiżika iżda lesti jieħdu r-riskju.

Min naħa tagħhom Milan huma determinati li jixtru għal kollox lil Cerci mingħand Torino. Milan lesti joffru 18 -il miljun ewro iżda Cairo l-President ta’ Torino qal li l-player jiċċaqlaq biss għal 20 miljun ewro.

U f’Turin Juvtnus intensifikaw it-trattattivi ma’ Real Madrid sabiex jiffirmaw lil Alvaro Morata. Il-player jista’ jkun ta’ Juventis fis-sigħat li ġejjein hekk kif l-aġent tal-player u uffiċjali ta’ Juventus jinsabu Madrid iħejju abbozz tal-kuntratt li jinkludi t-trasferiment għal 15 -il miljun ewro.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar