Futbol lokali
Paul Falzon kowċ ġdid ta’ Santa Venera Lightnings FC

Il-klabb ta’ Santa Venera Lightnings FC ħatru lil Paul Falzon bħala kowċ ġdid.

Falzon ta’ 48 sena beda l-karriera tiegħu bħala kowċ ħdax-il sena ilu ma’ Sirens FC.

Fl-ewwel kummenti tiegħu huwa tenna li dan huwa pass pożittiv fil-karriera tiegħu u jinsab kunfidenti li dan il-proġett se jkun ta’ benefiċċju għall-Klabb fit-tul.

Min-naħa tiegħu l-President tal-klabb waqt li rringrazzja lill-eks kowċ Claude Carbonaro, wera t-tama li l-ħidma li se titwettaq fiż-żmien li ġej se tagħti frott fil-viżjoni ‘l quddiem għan-Nursery biex tfal jispiċċaw jilgħabu fil-kompetizzjonijiet tal-Kbar fiż-żmien illi ġej.

 

Miktub minn...
Rodney Vassallo