Futbol internazzjonali
Paul Heckingbottom il-manager ġdid ta’ Sheffield United

Paul Heckingbottom huwa l-manager il-ġdid ta’ Sheffield United. Huwa ħa post Slavisa Jokanovic li kien imkeċċi aktar kmieni. L-ewwel logħba li Heckingbottom ser imexxi lil Sheffield United ser tkun kontra Bristol City fi Bramall Lane.

Jokanovic tkeċċa wara li l-Blades jinsabu fis-16-il post tal-klassifika, b’sitt rebħiet biss mill-ewwel 19-il logħba. Sheffield UTD għandhom waħda mill-aqwa skwadri fiċ-Champioonship u għaldaqstant ir-riżultat miksuba mhumiex aċċettabbli.

Paul Heckingbottom kien imexxi lill-U23s ta’ Sheffield United u fil-passat mexxa lil Leeds United u Barnsley fiċ-Championship. Barra minn dawn mexxa wkoll lil Hibernian qabel tkeċċa mill-kariga f’Novembru ta’ sentejn ilu.

Huwa ffirma kuntratt sal-2026, b’Jack Lester u Stuart McCall ser ikunu parti mill-coaching staff.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA