Futbol lokali
Paul Zammit jispiċċa minn kowċ ta’ Gżira Utd FC

F’kitba li tella’ fuq il-profil tiegħu ta’ facebook ftit tal-ħin ilu, Paul Zammit, ħabbar li m’għadux kowċ ta’ Gżira United.

Zammit qal li wara diskussjonijiet mal-President Sharlon Pace, intlaħaq qbil li jtemm l-avventura tiegħu mal-Maroons.

Zammit qal li jħossu sfortunat li minħabba l-pandemija tal-COVID-19, kellu jħarreġ lil Gżira United FC għal seba’ ġimgħat biss.

Għadu mhux magħruf min se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Gżira United FC u lanqas il-futur ta’ Paul Zammit.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Gżira United FC huma t-tieni klabb wara Valletta FC li talbu lill-Malta Football Association tinvestiga l-mod kif Floriana FC ingħataw il-liċenzja tal-UEFA biex jikkompetu fil-UEFA Champions League fl-istaġun li jmiss….

Futbol lokali

Floriana FC irrispondew għall-istqarrija li ntbagħtet minn Valletta FC, iktar kmieni llum u sejħu l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tagħhom bħala attakk ieħor malizzjuż kontriehom. Dione Borg, Segretarju ta’ Floriana FC,…

Futbol lokali

Tony Cassar, il-President ta’ Tarxien Rainbows FC, ġie kkonfermat fil-kariga għal tal-inqas sena oħra. Dan ħareġ mil-Laqħa Ġenerali Annwali li kellu l-klabb, ilbieraħ. Waqt id-diskors tiegħu, l-President Cassar spjega il-viżjoni…

Futbol lokali

Valletta FC kitbu uffiċjalment lill-Malta Football Association u talbuha tinvestiga l-mod kif Floriana FC ingħataw il-liċenzja tal-UEFA għall-istaġun li ġej. Valletta FC qed isostnu li għandhom allegazzjonijiet serji dwar dan…

Aktar