Handball
Paul Zammit mistenni jinħatar President tal-Malta Handball Association

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Handball mistennija jkollha President ġdid hekk kif Louis Borg mhux se jibqa’ fil-kariga wara servizz li ta lil din l-Assoċjazzjoni għall-aħħar 25 sena. Borg kien fundatur tal-Malta Handball Association u għażel li ma jerġax jikkontesta għal din il-kariga appuntu fis-sena li l-MHA qed tiċċelebra l-25 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha. Il-Professur Andrew Decelis l-anqas mhux se jkun qed jikkontesta għall-kariga li ilu jokkopa għal dawn l-aħħar snin bħala Viċi President.

TVM Sport jista’ jikkonferma li Paul Zammit se jkun elett bħala President tal-MHA u l-Viċi President mistenni jkun Ian Psaila hekk kif meta għalqu n-nominazzjonijiet huma kienu l-uniċi kandidati għal dawn il-karigi uffiċjali statutorji tal-MHA. Psaila hu eks player tal-handball u għal diversi snin kien jgħin fl-amministrazzjoni tal-MHA u għal xi żmien ukoll coach tat-team Nazzjonali tal-Beach Handball.

Zammit min naħa tiegħu ġej mill-amministrazzjoni tal-football fejn fil-passat apparti li kien player, kien President tal-Club ta’ Melita AFC fiż-żmien meta kien tella’ t-team anke fil-Kampjonat Premier. Hu okkupa diversi karigi f’diversi bordijiet kemm tal-MFA u anke kien konsulent ta’ Fr Hilary Tagliaferro fl-amministrazzjoni tal-Youth FA.

TVM Sport jifhem li fil-jiem li ġejjin se jinħatar ‘Management Board’ tal-MHA li fih se jkollu individwi li fil-passat ħadmu jew għadhom jaħdmu fil-football lokali.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Handball

L-Assocazzjoni Maltija tal-Handball organizzat celebrazzjoni tal-għeluq tal-istagun 2019/20 kif ukoll il-25 sena anniversarju mit-twaqqif tal-istess Assocazzjoni. Is-serata gewwa il-kumpless sportiv tal-Universita’ bdiet b’introduzzjoni mill-vici-president tal-assocazzjoni Dr Andrew Decelis li rrikonoxxa…

Handball

Il-Malta Handball Association niżżlet is-siparju fuq l-istaġun 2019/20 billi ħadet id-deċizjoni li tissospendi il-logħob kollu li kien fadal għal dan l-istagun. Din id-decizjoni ittieħdet wara konsultazzjoni wiesa’ ma diversi entitajiet…

Handball

Handball: Riżultati ta’ tmiem il-ġimgħa mill-VIDEOSLOTS MHA Cup tal-Irġiel. Is-Sibt Luxol Orthopeadic Centre 29 – 20 ETE Valletta HMS 26 – 31 Hamrun Gasan Mamo Il-Ħadd Kavallieri RS2 22 –…

Handball

Riżultati mill-Kampjonat Videoslots MHA Cup Men: Swieqi Yobetit Pheonix 38 – 24 La Salle Ħamrun Gasan Mamo HC 26 – 34 Kavallieri RS2 Riżultati mill-Kampjonat Time To Eat Girls U/17 League: La…

Aktar