Futbol internazzjonali
Pele jirkupra tajjeb mill-operazzjoni

L-ex stilla tal-futbol mondjali, Edson Arantes Do Nascimento Pele, qed jirkupra tajjeb minn operazzjoni li għamel u jinsab fil-kura intensiva tal-isptar.

Dan qaluh it-tobba li operaw lil Pele fil-jiem li għaddew.

It-tobba qalu li Pele ġie lura f’sessih u ġismu qed jagħti sinjali ta’ ħajja lura normali.

Pele kellu jopera ruħu biex jitneħħilu tumur fil-musrana.

Pele jinsab fl-isptar Alberto Einstein f’Sao Paulo.

F’kitba fil-media soċjali, Pele qal li qed iħossu ħafna aħjar u b’ċajta kiteb li qed jispera li jerġa’ jilgħab.

 

Miktub minn...
TVM Sport