Futbol internazzjonali
Pelé qed jirkupra sew fl-isptar u saħansitra qed jagħmel l-eżerċizzju

L-ex stilla Brażiljan Pelé ppubblika vidjo fuq Instagram fejn jidher qed jagħmel l-eżerċizzju fuq rota fissa. Pelé għadu rikoverta fl-Isptar Albert Einstein ta’ Sao Paolo, il-Brażil, wara li tneħħielu tumur mill-musrana.

F’kumment li għadda Pelé qal li qed jaqsam il-vidjo li ġibditlu martu aktar kmieni sabiex jaqsam il-ferħ li qed iħoss mas-segwaċi tiegħu. L-ex still Brażiljan qal li jinsab imdawwar bl-imħabba u kuljum qed ikollu inċentiv għaliex għandu jħossu aħjar.

Fl-aħħar snin saħħet Pelé marret lura tant li kellu jiddaħħal l-isptar f’diversi okkażjonijiet, fosthom minħabba problemi fil-prostata u l-kliewi.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA