Oħrajn
Pembroke Athleta aċċettati bħala membri fl-EAP Circuit

Il-Klabb ta’ Pembroke Athleta Athletics & Triathlon Club (P.A.A.T.)  bi pjaċir iħabbar li għadhom kemm ġew aċċettati bħala Klabb Membru fil-European Athletics Promotion Circuit (EAP).

Din id-deċiżjoni ttieħdet waqt id-29 Kungress ta’ l-EAP li sar fi tmiem il-Ġimgħa, ġewwa Franza.

Din id-deċiżjoni tiftaħ kapitlu ġdid fl-istorja ta’ dan il-Klabb ewlieni fil-kamp tal-atletika lokali, u hija parti mill-implimentazzjoni tal-Programm għall-Iżvilupp Sportiv intenzjonat sabiex jgħolli l-livell tal-atleti tal-Klabb ta’ Pembroke. Dan il-programm jinkludi numru ta’ inizzjattivi bħal identifikazzjoni ta’ talenti ġodda, ‘Training Camps’, ‘Coaching Clinics’, skema ta’ Sostenn għall-Athleti Elite tal-Klabb, kif ukoll il-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet ġodda   sabiex l-atleti ta’ Pembroke jikkompetu f’meetings’ internazzjonali tal-atletika kemm barra mill-Pajjiż kif ukoll f’Malta.

Din is-sħubija fl-EAP Circuit, tippreżenta lil-Pembroke Atleta kemm bid-dritt kif ukoll bl-obbligu li jospita ‘Meeting” internazzjonali tal-atletika, bl-ewwel wieħed mistenni jinżamm nhar is-Sibt 4 ta’ Mejju 2019.  Is-Sħubija tfisser ukoll li atleti ta’ Pembroke Atleta ser ikollhom l-opportunita’ li jkunu mistiedna sabiex jieħdu sehem f’meetings’ tal-atletika barra minn Malta.

Il-‘Meeting’ ta’ Mejju li ġej ser ikun miftuħ għal atleti membri tal-EAP (Maltin u Barranin), atleti oħra barranin li ma humiex membri tal-EAP, kif ukoll għall-atleti lokali kollha, kemm fil-kategorija tal-kbar kif ukoll tal-‘Youths’. Żgur li l-‘meeting’ ta’ Malta f’Mejju li ġej ser jgħin, fost l-oħrajn, lil-atleti Maltin li ser ikunu jiffurmaw parti mit-Tim Malti għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2019, u tista wkoll tkun l-ewwel tarġa għal atleti żgħażagħ li qed jaspiraw li jipparteċipaw f’dawn l-istess logħob li ser isiru f’Malta fl-2023.

Norman Saliba (Uffiċċjal) u Steve Camilleri (Athleta), kienu preżenti waqt il-Kungress tal-EAP sabiex jippreżentaw il-proposta ta’ Pembroke Atleta għal din is-sħubija.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn

World Pro Racing torganizza tlielaq virtwali ta’ livell għoli, tissieħeb ma’ Student Motorsport. Student Motorsport hija kumpanija li tgħin studenti li qegħdin jistudjaw fil-Motorsport, biex ikollhom esperjenzi fil-qasam tax-xogħol. Mhux…

Oħrajn

L-iżfin tal-breakdance jista’ jsir parti mill-isport Olimpiku u se jidħol fis-seħħ mill-edizzjoni ta’ Pariġi 2024. L-organizzaturi kkonfermaw li l-breakdance hu fost erba’ sports oħra li l-organizzaturi se jkunu qed jipproponu…

Oħrajn

Tifla ta’ 10 snin se tkun waqfet rekord mondjali ġdid hekk kif mill-1 ta’ April li ġej se tibda titħarreġ il-logħba tal-GO bħala plejer professjonali. Il-logħba tal-GO hi board game…

Oħrajn

Laura Zeng, il-ġinnasta numru 1 tal-Istati Uniti, u r-rebbieħa ta’ ħames midalji tad-Deheb fil-Logħob Pan Am, ġiet sospiża sitt xhur minn kull attività sportiva wara li ttestjat pożittiva mill-USADA għal…

Aktar