Pembroke Athleta jneħħu ħabta u sabta tlieta mill-barranin tagħhom

RAPPORT – Rodney Vassallo

L-Erbgħa filgħaxija Pembroka Athleta ħadu deċiżjoni iebsa iżda kurraġjuża li jagħtu r-release lil tlieta mill-barranin tagħhom – Borche Manevski, Jhonathan Bernardo Mariano u Oleksandr Maksymov.

Propju ftit qabel it-tmienja ta’ filgħaxija eżatt wara s-sessjoni ta’ taħriġ, membri mid-diriġenza kienu qed jistennew lil dawn it-tliet barranin biex jgħidulhom li minn għada l-Ħamis ma jinżlux aktar għat-taħriġ mal-kumplament ta’ sħabhom u li m’għadhomx aktar fil-pjanijiet tal-klabb.

Id-deċiżjoni li Pembroke ineħħu ħabta u sabta lil Borche Manevski, Jhonathan Bernardo Mariano u Oleksandr Maksymov ma kinitx fuq dixxiplina, iżda deċiżjoni kollha kemm hi teknika.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-partita tant mistennija bejn Hamrun Spartans u Valletta li se tiddeċiedi fejn imur il-Kampjonat BOV Premier 2018/19 se tintlagħab is-Sibt li ġej, fl-16.00, fl-istadium nazzjonali, f’Ta’ Qali. Fl-istess ħin, fil-Hibernians…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Senglea ……..0 Hibernians….2 Din kienet logħba bejn żewġ timijiet li riedu r-rebħa għal objettivi differenti, Hibernians biex ikomplu jissieltu għall-Kampjonat filwaqt li Senglea kontra r-relegazzjoni. Il-Pawlisti…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Qormi ………………1 Birkirkara ………..0 Qormi baqgħu jittamaw li jżommu posthom mal-kbar meta rebħu bl-iskor ta’ 1-0 kontra Birkirkara.  Għall-Istripes iddebutta l-kowċ John Buttigieg. Birkirkara kellhom nieqes lil…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Floriana………..0 St Andrews ……1 St. Andrew’s komplew jittamaw li jistgħu jevitaw ir-relegazzjoni dan wara li b’gowl uniku skurjat fit-tieni taqsima huma għelbu lil Floriana. St. Andrew’s…

Aktar