Futbol internazzjonali
Pep Guardiola jiffirma kuntratt ġdid ma’ Manchester City sal-2022/23

Il-manager ta’ Manchester City Pep Guardiola iffirma kuntratt ġdid ta’ sentejn oħra li se jżommu mal-klabb sal-istaġun 2022/23.

L-aħbar għamluha uffiċjali l-klabb Ingliż stess.

L-Ispanjol wassal lil Manchester City għal żewġ titli u FA Cup minn meta ħa f’idejh l-iskwadra fl-2016.

Guardiola, ta’ 49 sena, ilu fil-kariga ħames snin, xi ħaġa li qatt ma żamm fit-tul mal-ebda klabb.

Miktub minn...
TVM Sport