Tennis
Petra Kvitova tirbaħ it-tournament fir-Repubblika Ċeka

Is-seed numru 12 Petra Kvitova rebħet it-tournament organizzat fir-Repubblika Ċeka. Ir-rebħa kienet mistennija minħabba li Kvitova kienet l-aħjar tennista li pparteċipat. It-tournament sar fi Praga b’żewġ kategoriji, waħda tan-nisa u oħra tal-irġiel, filwaqt li l-ebda spettaturi ma tħallew jidħlu fil-courts fejn kien qiegħed isir il-logħob. Il-ball boys/girls kienu lebsin il-maskri u l-ingwanti waqt dan il-logħob f’dan l-ewwel tournament professjonali li sar fl-Ewropa wara li kollox kellu jiġi sospiż minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Minħabba li l-Open ta’ Franza kien skedat li jibda din il-ġimgħa, iċ-Ċeka Kvitova libset il-ħwejjeġ li kienet mistennija tilbes għal dan l-Open. Fit-tournament Ċek kien hemm nieqsa s-seed numru tlieta Karolina Pliskova u Marketa Vondrousova li s-sena li għaddiet waslet sal-finali tar-Roland Garros. Minħabba n-nuqqas ta’ dawn iż-żewġ tennisti, Kvitova kellha triq faċli sal-finali, tant li kellha l-isfida quddiemha tas-seed numru 26 Karolina Muchova. Kvitova rebħet 6-3 6-3, f’logħba li kellha titwaqqaf għal ftit ħin minħabba x-xita.

Fil-kategorija tal-irġiel, iż-żagħżugħ t’20 sena Michael Vrbensky għeleb lil Zdenek Kolar 6-4 6-7(5) 10-8 biex b’hekk rebaħ dan it-tournament. Vrbensky għadu pjuttost lura fir-rankings dinjija u sal-lum jinsab fil-post 405. Matul dan it-tournament Vrbensky wettaq sorpriża meta elimina lis-seed numru 65 Jiri Vesely li kien l-aħjar tennist fil-kategorija tal-irġiel.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Tennis

Il-leġġenda Martina Navratilova, meqjusa bħala waħda mill-aqwa tennisti femminnili fl-Istorja, qalet li Coco Gauff hi tennista b’potenzjal li tista tibdel id-dinja għall-aħjar. It-tennista żagħżugħa Amerikana kellha diskors b’saħħtu ħafna waqt…

Tennis

Tennis: Tkompli l-kontroversja wara l-Adria Tour it-tournament tat-Tennis li organizza it-tennista Serb Novak Djokovic. Illum it-tennista Awstraljan Nick Kyrgios ikkritika bil-qawwa l-atteġjament xejn professjonali tat-tennista Alexander Zverev li meta dan…

Tennis

Maria Sharapova, waħda mill-aqwa tennisti femminili fid-dinja f’dawn l-aħħar snin, ħabret li rtirat mill-karriera professjonali tagħha. Ir-Russa ta’ 32 sena kellha karriera brillanti b’36 titlu WTA u kienet damet 21…

Aktar