Futbol internazzjonali
Pierre-Emerick Aubameyang fl-isptar għall-kura kontra l-Malarja

L-attakkant ta’ Arsenal, Pierre-Emerick Aubameyang, jinsab fl-isptar jieħu l-kura kontra l-Malarja.

Il-plejer ħa din il-marda fil-perjodu li kien mat-tim nazzjonali fil-Gabon.

Aubameyang skurja fir-rebħa ta’ 3-0 tal-Gabon kontra DR Congo fil-partita tat-Tazza Afrikana tal-25 ta’ Marzu.

Hu lagħab l-aħħar partita mal-Gunners fid-draw ta’ 1-1 fl-Emirates Stadium kontra Slavia Prague iżda tilef il-partita tal-Ħadd li għadda fi Bramall Lane li Arsenal rebħu bi skor ta’ 3-0 kontra Sheffield United.

Il-malarja hija marda li tittieħed min-nemus. Is-sintomi tagħha jibdew jidhru wara sebat ijiem minn meta tittieħed l-infezzjoni.

Miktub minn...
TVM Sport