Futbol lokali
Pietà jirbħu n-Knockout tal-Youths
Jinqala' ġlied wara l-finali kontra Qormi

Pietá Hotspurs għelbu lil Qormi 1-0 fil-finali tal-Knockout tal-Youths tal-MFA biex rebħu l-aħħar unur tal-istaġun 2018-19 u pattew xi ftit għad-diżappunt tat-telfa fid-decider għall-kampjonat ftit tal-jiem ilu kontra Birkirkara.

Il-partita tal-bieraħ filgħaxija fil-Victor Tedesco Stadium kienet deċiża b’goal 6 minuti mit-tmiem meta Liam McKay approfitta minn rebound minn mal-mimduda f’azzjoni li bdiet minn freekick.

Sfortunatament il-preżentazzjoni tat-tazza u l-midalji lir-rebbieħa mill-viċi-president tal-MFA Alex Manfrè kienet mgħarrqa bi ġlied li nqala’ bejn xi players fil-pitch u nfirex anke bejn uffiċjali u partitarji taż-żewġ timijiet. Kien hemm bżonn l-intervent tal-pulizija qabel is-sitwazzjoni kkalmat.

Pietà u Qormi waslu għall-finali wara li fis-semifinali rispettivi għelbu lil St Andrews u Valletta.

Għall-Hotspurs dan huwa suċċess ieħor fis-settur tal-football taż-żgħażagħ wara li dan l-istaġun diġà rebħu t-titli tal-Under 15 u Under 17.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Mosta………1 Birkirkara..1 B’Kara FC baqgħu bla rebħa wara 4 logħbiet meta ġew miżmuma fi dro ta’ 1-1 minn Mosta FC. Wara 6 minuti logħob xutt ta’…

Futbol lokali

Bejn illejla u nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab ir-raba’ ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. S’issa, it-tim promoss ta’ Sirens flimkien ma’ Senglea A. u Floriana jinsabu fil-quċċata tal-klassifika, kollha b’7 punti,…

Futbol lokali

Emmanuel Bartolo, gowlkiper ta’ Hamrun Spartans u Destin Mambouana, plejer ta’ Tarxien Rainbows, ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Iż-żewġ plejers iridu jiskontaw il-partita li jmiss mill-Kampjonat BOV…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Aktar