Motorsport
Pitass Off-Road Racing fil-King of Britain

It-tim tal-Pitass Off-Road Racing ta’ Alan Zahra bħala sewwieq u Robert Caruana bħala n-navigatur ta’ buggy mibnija apposta spiċċa fir-4 post wara avveniment ta’ tlett ijiem fl-Ingilterra magħruf bħala King of Britain. Dan kien it-tieni rawnd tal-Kampjonat Ultra 4 Europe. L-avveniment kien jikkonsisti minn medda ta’ 300km u total ta’ 30 dawra. Zahra u Caruana spiċċaw ir-raba’ mis-26 karozza li bdew l-avveniment u l-15 li irnexxilhom jispiċċaw it-tellieqa. Il-kompetituri tal-King of Britain ġew minn madwar l-Ewropa kollha bħar-Renju Unit, Franza, il-Portugall, Spanja, il-Belġju u saħansitra l-Istati Uniti tal-Amerika.

Minbarra s-suċċess li spiċċaw fir-raba post ‘Pitass Off-Road Racing Team irċevew rikonoxximent ta Tim Spirit mill-organizzaturi tal-Kampjonat. L-Impenn li jmiss għal Zahra u Caruana huwa f’Settembru għat-Tielet Rawnd li ser isir fil-Portugall, tellieqa li normalment tkun iddominata minn sħana u toroq fit-trab. Alan Zahra u Robert Caruana huma membri attivi tal-All Wheel Drive Club Malta.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.