Basketball
Pittura kbira ta’ Kobe Bryant ma’ ħajt fil-Bożnija u l-Herzegovina

Il-leġġenda tal-basketball Kobe Bryant se jibqa’ mfakkar anki fil-Bożnija u l-Herzegovina wara li diversi dilettanti tal-isport u tal-arti għamlu tpinġija tiegħu ma’ ħajt kbir ta’ skola li tinsab fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż.

Bryant, 18-il darba NBA All-Star, miet f’Jannar li għadda wara inċident fatali tal-ħelikopter li kien fuqu flimkien ma’ bintu u membri oħra tal-ekwipaġġ.

L-artist Deni Bozic qal li Bryant kien leġġenda tal-basketball li jixraqlu li jibqa’ mfakkar anki fil-pajjiż tagħhom.

Il-pittura mal-ħajt għandha kobor ta’ 12-il metru b’6 metri.

Miktub minn...
TVM Sport