Futbol internazzjonali
Pjanic jgħaddi mit-test mediku, mistenni jitħabbar minn Barcelona llum

Miralem Pjanic jidher li ssieħeb ma’ Barcelona b’kuntratt ta’ erba’ snin, bl-aħbar uffiċjali mistennija tingħata matul il-ġurnata tat-Tnejn. Il-plejer ta’ 30 sena huwa mistenni li jmur fi Nou Camp malli jintemm dan l-istaġun, filwaqt li Arthur ser jingħaqad ma’ Juventus b’kuntratt ta’ ħames snin.

Il-ftehim bejn Barcelona u Pjanic ilu li ntlaħaq, imma skont il-ġurnal Sport, il-plejer kellu t-test mediku f’Turin ilbieraħ u llum mistenni jitħabbar uffiċjalment mill-Katalani. Kemm Barcelona kif ukoll Juventus riedu li t-trasferiment isir sal-aħħar ta’ Ġunju minħabba kwistjoni t’accounts, biss it-Taljani ser ikollhom joħorġu mal-€10 miljuni oħra biex jieħdu lil Arthur.

Il-Brażiljan ta’ 23 sena mistenni jingħaqad ma’ sħabu għat-taħriġ matul il-ġurnata tat-Tnejn sabiex jippreparaw għall-konfront iebes kontra Atlético Madrid.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA