Futbol lokali
Plejer kull wieħed għal Balzan u Żejtun sospiżi mill-kummissarju tad-dixxiplina

Il-Kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA ssospenda żewġ plejers wara l-logħbiet tal-ħames ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21.

Il-Plejers sożpiżi huma dawn:

Moussa Kamara ta’ Balzan – logħba

Marcelo Pereira Muniz ta’ Żejtun Corinthians – logħba.

Il-Kummissarju tad-dixxiplina ssospenda wkoll żewġ logħbiet minn fuq il-bank ta’ Sliema Wds lill-President tal-Club Jeffrey Farrugia wara li dan tkeċċa minn fuq il-bank mir-referee Darryl Agius waqt il-logħba li Sliema tilfu kontra Gudja Utd bl-iskor ta’ 2-1.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.