Futbol internazzjonali
Plejer ta’ Brighton & Hove Albion fl-Ingilterra jittestja pożittiv għall-Covid-19

Wieħed mill-plejers ta’ Brighton & Hove Albion ittestja pożittiv għall-coronavirus. Barra dan, il-Kap Eżekuttiv u d-Deputat Chairman tal-klabb qed jistennew ir-riżultat tat-test li għamlu sabiex jiċċekkjaw jekk humiex pożittivi għall-Covid-19. Id-Deputat Chairman Paul Barber qal li l-klabb mhuwiex se jiżvela isem il-plejer, imma kkonferma li kemm hu kif ukoll il-Kap Eżekuttiv jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba. Bħalissa fl-Ingilterra għaddejja diskussjoni dwar jekk il-klabbs għandhomx inaqqsu s-salarji tal-plejers sakemm il-kampjonat jibqa’ sospiż, u Barber ikkonferma li Brighton għandu diversi għażliet fuq il-mejda u ser jieħdu dawk neċessarji skont iż-żmien li jkunu għaddejjin minnu.

Brighton & Hove Albion huwa wieħed mill-ewwel timijiet li kkonfermaw li ġaladarba tgħaddi din l-imxija, ser joffru 1,000 biljett b’xejn lill-ħaddiema tal-NHS fl-Ingilterra għal-logħob tat-tim tagħhom bħala ringrazzjament tax-xogħol siewi li qed jagħmlu fil-ġlieda kontra l-pandemija. S’issa anke t-tim ta’ Bournemouth offrew 1,000 biljett b’xejn u diversi klabbs oħra mistennija jimxu fuq l-eżempju taż-żewġ timijiet mill-Premier Ingliż.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-Pacaembu Stadium f’Sao Paulo fil-Brażil qed jinbidel fi sptar għal dawk milquta mill-Covid-19. L-istadium, li jesa 45,000 spettatur, hu mistenna li jilqa’ fih 200 sodda u mistenni jitlesta f’10 t’ijiem….

Futbol internazzjonali

Il-futbol wieqaf iżda Giorgio Chiellini, captain ta’ Juventus, għadu jilgħab, tal-inqas mill-kamra tiegħu tal-J Hotel, il-lukanda ta’ Juventus li tinsab fil-Continassa fejn jitħarreġ it-tim. Il-media fl-Italja qed tirraporta li fl-aħħar…

Futbol internazzjonali

Il-klabb Ingliż ta’ West Ham għandu tmien plejers li fil-mument bdew iħossu sintomi tal-coronavirus. Karren Brady, il-Viċi Chairman tal-klabb, ikkonfermat din l-aħbar mal-gazzetta Ingliża The Sun. Minkejja din l-aħbar, il-Hammers…

Futbol internazzjonali

L-attakkant ta’ Manchester United u tal-Ingilterra Marcus Rashford qal li qed iħossu 10 darbaiet aħjar minn kif kien qabel ma sofra injury. Rashford kien għaddej mill-aqwa forma u kien diġà…

Aktar