Futbol internazzjonali
Pochettino jiddeskrievi lil Kane bħala wieħed mill-aqwa attakkanti fid-dinja

Harry Kane, l-attakkant ta’ Tottenham Hotspur, kien deskritt minn Mauricio Pochettino, il-manager tiegħu stess, bħala fost l-aqwa attakkanti fid-dinja.

“Kane plejer speċjali għalina u jħobb ħafna lill-klabb. Il-plejers li rridu nżommu se jibqgħu magħna għall-istaġun li ġej. Jekk xi plejers se jitilqu għax ikunu ddeċidew Tottenham stess,” qal Pochettino.

Kane għandu 23 sena u fil-partita tal-bieraħ kontra Leicester City irnexxielhu jiskurja erba’ gowls fir-rebħa ta’ 6-1 li kisbu Tottenham Hotspurs fil-King Power Stadium.

B’dawn l-erba’ gowls, Kane tela’ fl-ewwel post tal-klassifika tal-goalscorers tal-Premiership f’dan l-istaġun, qabel Lukaku u Alexis Sanchez.

Kane spiċċa top scorer b’25 gowl fl-istaġun li għadda u bl-erba’ gowls skurjati lbieraħ, f’dan il-kampjonat għandu 26 gowl meta fadal partita waħda għat-tmiem.

Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Antonio Conte, Manager ta’ Chelsea, jinsab dejjem viċin aktar AC Milan. Din l-aħbar ħarġet dalgħodu fil-gazzetti, siti u anki stazzjonijiet tat-televiżjoni fl-Italja li qed jirrapurtaw kif wara r-riżultat li kellhom…

Futbol internazzjonali

Il-Pulizija ta’ Merseyside qed tinvestiga l-inċident li kienu nvoluti fih il-partitarji ta’ Everton fil-partita tal-bieraħ filgħaxija mill-UEFA Europa League f’Goodison Park, kontra Lyon. Ashley Williams, il-captain ta’ Everton, kellu inċident…

Futbol internazzjonali

UEFA EUROPA LEAGUE 2017/18 Riżultati ta’ Match Day 3 Grupp A FC Astana 4 – 0 Maccabi Tel Aviv Villarreal 2 – 2 Slavia Prague Grupp B Dynamo Kyiv 2…

Futbol internazzjonali

UEFA EUROPA LEAGUE 20171/8 Match Day 3 Grupp G Hapoel Beer Sheva 1 – 2 FC FCSB Lugano 3 – 2 Viktoria Plzen Grupp H BATE Borisov 1 – 0…

Aktar