Futbol internazzjonali
Poloz Kompetizzjonijiet tal-Ewropa: Diffiċli għal Hibernians u Mosta; aktar faċli għal Gżira u B’Kara

Illum telgħu l-poloz tal-fażi preliminari tal-Uefa Champions League kif ukoll dawk tal-Uefa Europa Conference League.

Hibernians ser jikkompetu fil-Uefa Champions League wara d-deċiżjoni tal-Uefa li kkonfermat is-sospenzjoni taċ-Champions lokali Ħamrun Spartans. Il-Pawlisti kellhom polza diffiċli dan meta telgħu sabiex jilgħabu kontra Flora Tallinn tal-Estonja. L-ewwel leg jintlagħab bejn is-6 u s-7 ta’ Lulju bil-logħba ta’ ritorn ġimgħa wara.

Fil-Uefa Conference League polża favorevoli għal Gżira United u Birkirkara filwaqt li diffiċli għal Mosta. Il-Maroons, l-uniku tim Malti seeded telgħu biex jilgħabu kontra Sant Julia t’Andorra filwaqt li Birkirkara jridu jmorru San Marino biex jiltaqgħu kontra La Fiorita.

Mill-banda l-oħra diffiċli għad-debuttanti Mosta hekk kif huma jkollhom jaffrontaw lit-tim Slovak Spartak Trnava.

Dawn il-logħbiet jintlagħbu fit-8 u l-15 ta’ Lulju.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League