Pool
Pool: 9 Ball Cafe rebbieħa tal-kampjonati nazzjonali Schweppes
Il-kampjonati nazzjonali tal-Pool, ġentilment sponsorjati minn Schweppes, u organizzati mill-Malta Pool Association, ġew fi tmiem tagħhom il-gimgha li għaddiet bil-finali tad-diviżjonijiet kollha. 
 
9 Ball Cafe Qawra huma ċ-champions nazzjonali l-ġodda meta fl-għola kategorija, Premier Division, huma għelbu lil favoriti Senglea Bocci Club bl-iskor konvinċenti ta’ 10-5. It-tim minn Qawra kien konsistenti ħafna fil-logħob tagħhom u ma ħallew l-ebda okkażjoni lit-tim Senglejan biex jirkupra u jidħol fil-logħba. It-tim rebbieħ kien kompost minn Marlon Bugeja, Clayton Attard, Warren Attard, Joseph Psaila, Ryan Pisani, Duncan Pisani, Simon Sciberras, Jason Grima u Ivan Bonello.
 
Fil-kampjonati tal-Ewwel Diviżjoni kellna r-rebħa ta’ Cospicua Rangers li fil-finali xejnu l-isfida ta’ St. Mary Imqabba bl-iskor ta’ 10-4.  Kif juri r-riżultat, il-Bormliżi kienu l-aħjar fil-ġurnata u kisbu rebħa mistħoqqa. It-tim ta’ Cospicua Rangers inkluda lil Jason Mifsud, Malcolm Azzopardi, Warren Falzon, Brendan Falzon, Joseph Casha, Robert Fenech, Alex Tanti u Matthew Xerri.
 
PL Fgura kisbu l-unur ta’ champions tat-Tieni Diviżjoni meta f’finali kumbattuta, għelbu lil Qormi United bl-iskor ta’ 10-7. Il-logħob kien bilanċjat ħafna u kienu fl-aħħar fejn it-tim tal-Fgura approfita u ħareġ rebbieħ. It-tim ta’ Fgura kien kompost minn Brian Grech, Rudolph Gellel, Marco Bonello, Anthony Mifsud, Noel Cassar, Ian Grech, Matthew Cutajar, Charles Peresso, Clive Zammit u Max Grech. 
 
Fit-tielet u l-aħħar diviżjoni kellna r-rebħa tad-debuttanti ta’ PL Zejtun li fil-finali għelbu lil Luqa Bocci Club bl-iskor ta’ 10-6. It-tim Zejtun irkupra żvantaġġ ta’ tliet frames fl-ewwel sezzjoni u baqa’ sejjer sakemm kiseb ir-rebħa finali. It-tim Zejtuni nkluda lil Laurence Muscat, Clayton Muscat, Noel Camilleri, Joseph Camilleri, Christ Domenici, Charlot Aquilina, Noel Borg, Charles Camilleri, Carlos Caruana u Nordai Desira.
Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Pool

Malta Eight Ball Federation MEBF Awards: Għas-seba’ sena konsekuttiva, il-Malta Eight Ball Federation organizzat l-MEBF Awards fejn il-Federazzjoni ppremjat lill-individwi u klabbs li rebħu l-unuri ta’ dan l-istagun. Il-fuq minn…

Pool

Pool: Tazza tad-Dinja tad-Doubles tan-9 Ball. Il-koppja Maltija Tony Drago u Clayton Castaldi sfaw eliminati fl-ewwel round mit-team tar-Renju Unit A Chris Melling u Jason Shaw bl-iskor ta’ 7-5. Drago…

Pool

It-timijiet Maltin tal-Pool, rappreżentanti tal-Malta Pool Association, komplew jiksbu aktar riżultati tajba fil-kampjonati mondjali li qedgħin issiru fi Blackpool, l-Ingilterra. It-tim Malti tal-irġiel kiseb żewġ rebħiet importanti fl-aħħar żewġ logħbiet…

Aktar