Pool
Pool: Dejan Grech Champion Ewropew ta’ taħt it-23 sena

Il-plejer nazzjonali Malti tal-pool Dejan Grech, ftit tal-ħin ilu sar Champion Ewropew tal-kategorija ta’ taħt it-23 sena.

Grech għeleb fil-finali lil Morgan Thomas tal-Irlanda 7 frames għal 3.

Dan hu riżultat prestiġġjuż għal-logħba tal-pool f’Malta u għall-isport inġenerali f’pajjiżna.

Grech kellu wirjiet impressjonanti wkoll fil-kategorija Open tal-plejers individwali sakemm ġie eliminat fis-semifinali.

Riżultat prestiġġjuż ieħor għal Malta kien fil-kategorija tal-irġiel meta t-tim Malti C fil-finali għeleb lit-tim Belġju C 8 frames għal 3.

Il-konsolazzjoni tat-tieni post għal żewġ timijiet oħra lokali hekk kif illum fil-kategorija tal-irġiel ukoll, it-tim nazzjonali A tilef fil-finali kontra t-tim nazzjonal A tal-Ingilterra 8 frames għal 3.

It-tim nazzjonali ta’ taħt it-23 sena tilef fil-finali wkoll kontra t-tim nazzjonali Irlandiż tal-istess kategorija 5 frames għal 2.

F’pajjiżna ġew plejers minn 10 pajjiżi differenti; Flimkien ma’ Malta ħadu sehem l-Ingilterra, ir-Repubblika Irlandiża, l-Irlanda ta’ Fuq, Skozja, Wales, il-Belġju, Ċipru, Franza, il-Portugall u l-pajjiż mistieden mill-Afrika, il-Marokk.

Riżultati pożittivi u impressjonanti wkoll għall-plejer Maltin Lydon Debono, Antoine Aquilina u Scott Muscat li rebħu l-unur tal-Player of the Tournament Awards tal-kategoriji rispettivi tagħhom. Dan l-unur jingħata lil dawk il-plejers li jirbħu l-aktar frames.

Il-kampjonati Ewropew ta’ din is-sena saru f’pajjiżna u fihom ipparteċipaw 540 plejer minn 11-il pajjiż differenti, inkluż Malta.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Sport Lokali

Il-Player tal-Pool Dejan Grech kien dikjarat rebbieħ tal-unur ‘Atlas Youth Athlete of the month’ għax-xahar ta’ Frar 2020 wara l-wirja kbira li kellu fil-Kampjonat Ewropew tal-Eight Ball Pool li sar f’Malta…

Pool

Malta Eight Ball Federation MEBF Awards: Għas-seba’ sena konsekuttiva, il-Malta Eight Ball Federation organizzat l-MEBF Awards fejn il-Federazzjoni ppremjat lill-individwi u klabbs li rebħu l-unuri ta’ dan l-istagun. Il-fuq minn…

Pool

Pool: Tazza tad-Dinja tad-Doubles tan-9 Ball. Il-koppja Maltija Tony Drago u Clayton Castaldi sfaw eliminati fl-ewwel round mit-team tar-Renju Unit A Chris Melling u Jason Shaw bl-iskor ta’ 7-5. Drago…

Aktar