Handball
Pospost il-bidu tal-istaġun tal-Handball b’deċiżjoni unanima tal-Kunsill tal-MHA

Il-Kunsill tal-Malta Handball Association iddeċida li jipposponi l-bidu tal-kampjonati tiegħu tal-istaġun 2020/21. Din id-deċiżjoni ttieħdet il-bieraħ tard filgħaxija b’mod unanimu anke bejn il-Clubs. F’kommunikat li ħarġet l-MHA din qalet li biż-żieda ta’ każijiet ta’ COVID-19 kien fl-aħjar interess ta’ kulħadd li l-bidu tal-kampjonati tal-irġiel, nisa u tal-youths ikunu posposti għal iktar tard.

TVM Sport għandu informzzjoni li fil-kommunita’ tal-Handball bħal diversi sports oħra hemm każijiet diġa’ ta’ COVID-19 fost il-plejers. Fil-każ tal-Handball hemm żewġ każijiet sa issa li t-tnejn li huma ma rriżultawx li ħadu l-virus mit-taħriġ mat-teams rispettivi iżda kien trażmess lilhom minn fuq il-post tax-xogħol.

Id-dati tal-bidu tal-kampjonat jitħabbru iktar tard.

Miktub minn...
TVM Sport
.