Posposti l-logħbiet kollha ta’ Sirens sa tmiem Ottubru. Posposti wkoll erba’ logħbiet ta’ Marsaxlokk, Marsa u waħda ta’ Luqa SA

Il-Malta Football Association ikkonfermat permezz ta’ ċirkolari li minħabba l-problema ta’ diversi każijiet ta’ COVID-19 f’diversi teams membri tagħha kellha tieħu d-deċiżjoni li tipposponi xi logħbiet mill-Kampjoant BOV Premier, miċ-Challenge League u anke logħba mill-Amateur National League. Din kienet konferma tal-aħbar li ħareġ TVM Sport il-bieraħ filgħaxija.

Mill-kampjonat BOV Premier ġie deċiż li jkunu posposti sal-aħħar ta’ Ottubru l-erba’ logħbiet li jmisshom Sirens. Il-logħbiet posposti kienu se jintlagħbu oriġinalment hekk:

Is-Sibt 17 ta’ Ottubru Sirens vs Tarxien Rainbows
L-Erbgħa 21 ta’ Ottubru Stadium Valletta vs Sirens
Il-Ħadd 25 ta’ Ottubru Sirens vs Mosta
Is-Sibt 31 ta’ Ottubru Lija Athletic vs Sirens

Dawn il-logħbiet ġew posposti għal dati li jitħabbru aktar ‘il quddiem.

Miċ-Challenge League ġew posposti wkoll l-erba’ l0għbiet li kien se jmisshom Marsaxlokk u Marsa hekk kif kienu skedati hawn taħt:

Challenge League (Partiti ta’ Marsaxlokk)
Is-Sibt 17 ta’ Ottubru 15:00 Victor Tedesco Stadium Mqabba vs Marsaxlokk
It-Tlieta 20 ta’ Ottubru 21:15 Victor Tedesco Stadium Marsaxlokk vs Fgura United
Is-Sibt 24 ta’ Ottubru  15:00 Victor Tedesco Stadium Qrendi vs Marsaxlokk
L-Erbgħa 28 ta’ Otubru  21:15 Centenary Stadium Marsaxlokk vs Vittoriosa Stars

Challenge League (Partiti tal-Marsa)
Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru  19:15 Victor Tedesco Stadium Marsa vs Naxxar Lions
Il-Ħamis 22 ta’ Ottubru 21:15 Centenary Stadium Pieta’ Hotspurs vs Marsa
Il-Ħadd 25 ta’ Ottubru  15:00 Victor Tedesco Stadium Marsa vs Qormi
Il-Ħamis 29 ta’ Ottubru  17:00 Victor Tedesco Stadium Swieqi United vs Marsa

National Amateur League (Partita ta’ Luqa St. Andrew’s)
Is-Sibt 17 ta’ Ottubru 18:15 Luxol Stadium Luqa St. Andrew’s vs Siggiewi

Miktub minn...
TVM Sport
.