Regatta
Possibilita’ li Charmaine Gerada tirritorna bħala President ta’ Senglea Regatta

TVM Sport jinsab infurmat lil bħalissa għadejja negozjati mal-ex President tal-Club tar-Regatta tal-Isla Charmaine Gerada sabiex din tirritorna fit-tmexxija tal-Club.

In-nixfa ta’ suċċessi fl-aħħar snin mhux biss ta’ Shields iżda wkoll ta’ paljijiet tal-ewwel f’dawn l-aħħar snin wasslu sabiex diversi dilettanti u partitarji Sengleani avviċinaw lil Gerada sabiex din terġa’ lura fit-tmexxija.

Taħt il-Presidenza ta’ Gerada l-Isla kienu kaxkru x-Shields ta’ Jum Il-Ħelsien u anke ta’ Jum il-Vitorja għal erba’ snin sħaħ mill-2009 sas-sena 2012. Kien minħabba pressjoni ta’ xogħol li Gerada rriżenjat mill-kariga fil-bidu tas-sena 2012.

Is-sorsi tagħna qalulna li Cleavon Abela li bħalissa qed qed jokkupa l-kariga ta’ President u Omar Vella s-Segretarju tal-Club tal-Isla mistennija jikkoperaw ma’ kull min se jkun qed joffri għajnuna għal Club Senglean.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Regatta

Illejla TVM Sport se jkun qed jippreżenta programm ta’ diskussjoni dwar ir-Regatta. Apparti analiżi relatata mar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien ta’ din is-sena fil-programm se ssir diskussjoni dwar dan l-isport inġenerali….

Regatta

TVM Sports illejla se jkun qed ixandar programm speċjali dwar ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien li saret nhar il-Ħadd li għadda li ntrebħet minn Bormla. Il-programm tal-lejla se jinkludi fiħ sinteżi…

Aktar