Powerboats: Aaron Ciantar u Team Chaudron Champions tad-Dinja

Team Chaudron bis-sewwieq Malti Aaron Ciantar rebaħ it-titlu tad-dinja fil-Klassi C1 tal-Powerboats fil-kampjonat organizzat mill-Unjoni Dinjija tal-Motonawtika – il-UIM.

aciantar

Ciantar u t-throttleman tiegħu Dominique Martini daħlu r-raba’ fil-klassi tagħhom fit-tieni tiġrija tal-Grand Prix t’Abu Dhabi llum: biżżejjed biex Team Chaudron iżomm l-ewwel post fil-klassifika u jkun iddikjarat champion tad-dinja.

Ciantar u Martini l-bieraħ ħadu l-pole position u rebħu l-ewwel tiġrija f’Abu Dhabi. Huma kienu diga’ wkoll ġew l-ewwel fil-Grand Prix tal-Mediterran f’Ibiza f’Settembru u t-tieni fil-Grand Prix tal-Italja f’Terracina f’Ottubru.

Dan huwa s-sitt titlu dinji personali għal Aaron Ciantar; u s-sitt wieħed għax-Chaudron bħala kostrutturi.

L-ewwel filmati esklussivi u l-ewwel kummenti t’Aaron Ciantar illejla fi Sports Panorama fuq TVM2 fis-6.15

C1ADGP_0352 C1ADGP_0296_BEN7697

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra

L-Eks Champion tal-UFC l-Ultimate Fight Championship Conor McGregor kien arrestat il-bieraħ f’Corsica fuq allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali u atti indiċenti fil-publiku. Ir-rapport fil-konfront ta’ McGregor sar erbat ijiem ilu u…

Fil-belt kapitali tal-Ġappun, f’Tokjo, inxtegħlet siġra kbira b’dawl mill-isbaħ, biex tfakkar is-sena bogħod mill-Paraolimpjadi 2021. Il-Paraolimpjadi kellhom isiru f’dan is-sajf qabel l-Olimpjadi iżda mxew għas-sena d-dieħla minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-Paraolimpjadi…

Grupp ta’ baħħara mill-Malta Young Sailors Club dan l-aħħar iffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-windsurfing, sport li kien laħaq il-popolarità tiegħu fis-snin tmenin u disgħin. Din l-attività wasslet għall-iżvilupp ta’ festival…

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Aktar