Powerboats
Powerboats: El Diablo jirbħu l-kampjonat mondjali UIM V2 2019

Powerboats: El Diablo huma l-ewwel Champions tal-kampjonat Mondjali UIM V2 hekk kif il-bieraħ f’Marina di Ragusa fit-tieni u l-aħħar tellieq ta’ GP4 ħadu l-punti li kellhom bżonn bir-raba’ post sabiex kienu dikjarati matematikament Champions tal-kampjonat 2019. Dan kien suċċess kbir għal Clive Butler u Sammy Grima li qatt ma kienu saqu flimkien f’Powerboat qabel il-bidu ta’ dan il-kampjonat iżda bid-determinazzjoni tagħhom żammew dejjem fuq quddiem fil-klassifka ġenerali u temmew b’181 punt. Fil-klassifika finali fit-tieni post spiċċaw Marine Difussion u fit-tielet post Freccua Blue. It-tieni post ta’ Marine Difussion wasal grazzi għar-rebħa li għamlu l-bieraħ fit-tieni tellieqa ta’ GP4 fejn fiha kienu segwiti fit-tieni post minn Interceptor Remax u Cutting Edge.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Powerboats

Illum wara nofsinhar fil-Marfa saret l-ewwel tellieqa tat-tielet Grand Prix fil-Kampjonat tad-Dinja Voomquest Enemed UIM V2. It-tellieqa ntrebħet mit-team Malti El Diablo tas-sewwieq Clive Butler u n-navigator Sammy Grima li…

Aktar