Powerlifting – Mark Formosa jirbaħ fl-Ingilterra

Ftit tal-jiem ilu, iż-żagħżugħ Malti Mark Formosa kkompeta fil-Kampjonati Ewropej tal-Powerlifting li seħħew f’King’s Lynn, l-Ingilterra. Formosa kkompeta fil-kategorija ta’ taħt il-100 kilogramma, u rnexxielu jerfa’ 245 kilogramm fl-iSquat, 200 kilogramm fil-Bench Press u 290 kilogramm fid-Deadlift, b’total ta’ 735 kilogramma. B’dan it-total l-atleta Mark Formosa spiċċa l-ewwel fil-kategorija tiegħu, kif ukoll kiseb l-ewwel post fir-rankings ta’ pajjiżna.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Harry Kane, l-attakkant ta’ Tottenham Hotspur, inħatar captain tat-tim nazzjonali Ingliż. Kane se jkun qed imexxi lill-Ingilterra għat-Tazza tad-Dinja fir-Russja. L-aħbar ingħatat minn Gareth Southgate, Manager tat-tim nazzjonali Ingliż. Kane,…

Motorsport

It-Team Internazjonali Malti Maximum Lock beda l-istaġun 2018 fuq nota pożittiva immens, peress li diġà gew mistiedna f’bosta trakkek madwar l-Ewropa. Fix-xahar li ġej, ser ikunu qed itellgħu spettakli ta’ sewqan bi preċiżjoni…

Atletika

L-Olandiż Jorrit Van der Raadt huwa r-rebbieħ tat-tieni edizzjoni tal-Fastest5, tellieqa ta’  5km madwar it-toroq ta’ Birkirkara u Santa Venera organizzata minn Raptorz Running Club, b’rotta verament veloċi li wasslet…

Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Hekk kif illum l-Arġentina ħabbru l-lista proviżorja għat-Tazza tad-Dinja 2018, il-player atakkant ta’ Inter Icardi tħalla barra mil-lista. Fost dawk magħżula kif kien mistenni għall-Arġentina Lionel Messi, Sergio Aguero, Paulo…

Aktar