Prandelli offrut xogħol minn Galatasaray

L-Eks coach tat-team nazzjonali taljan Cesare Prandelli intalab jikkunsidra l-poposta mill-Club ta’ Galatasaray sabiex hu jkun il-coach tagħhom għall-istaġun li ġej.

Prandelli mistenni jieħu xi ftit tal-jiem qabel jagħti risposta defenittiva lit-team Tork. Il-Media taljana qed tirraporta li l-ftehim bejn iż-żewġ naħat jista’ jkun konfermat fi żmien ġimgħatejn.

Prandelli kellu kuntratt mal-FIGC sa’ Ġunju 2016 iżda rriżenja wara d-disfatta fit-Tazza tad-Dinja 2014.

Hu qed ikun offrut kuntratt ta’ 3 snin b’valur ta’ erba’ mljun u nofs ewro kull staġun u bonus ta’ nofs miljun ewro ieħor f’każ ta’ rebħ tal-kampjonat u nofs miljun ieħor jekk jilħaq il-kwarti tal-finali tal-Uefa Champions League.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar