Futbol internazzjonali
Premier Ingliż: Chelsea jaqbżu fit-tielet post, draw bejn Arsenal u Leicester

Crystal Palace 2   Chelsea 3

Chelsea qabżu fit-tielet post tal-klassifika meta marru għandy Crystal Palace u ħarġu bit-tliet punti f’idejhom b’rebħa ta’ 3-2. Il-Blues fetħu żewġ gowls vantaġġ sal-ewwel nofs siegħa logħob. Kien Giroud li sab ix-xibka wara biss 6 minuti u Pulisic irdoppja fis-27 minuta. Crystal Palace naqqsu d-distakk fl-34 minuta b’gowl ta’ Zaha.

Fil-71 minuta Abraham reġa’ ta ż-żewġ gowls vantaġġ lil Chelsea meta skorja għat-3-1, imma Benteke naqqas id-distakk għal darb’oħra għat-tim home b’gowl fit-72 minuta. Il-pressjoni ta’ Crystal Palace fil-mumenti finali ma sarrfitx għallinqas fil-gowl tad-draw, u b’hekk dik kienet ir-raba’ telfa infila għalihom. Chelsea min-naħa l-oħra ħadu r-raba’ rebħa minn ħames logħbiet u issa qabżu lil Leicester City fil-klassifika u għandhom 60 punt.

 

Arsenal 1   Leicester City 1

Diżappunt ieħor għal Leicester City li kontra l-għaxar plejer t’Arsenal kulma rnexxilhom jieħdu kien biss punt fl-Emirates Stadium. Fl-aħħar ħames logħbiet il-Foxes ġabru biss ħames punti minn possibilment ħmistax. Għal Arsenal l-istorja kienet xi ftit differenti, għax wara tliet rebħiet konsekuttivi ħadu din in-nofs żelqa, imma jinsabu fis-7 post tal-klassifika.

Kien l-attakkant Aubameyang li fetaħ l-iskor għall-Gunners fil-21 minuta u hekk baqgħu sal-mistrieħ. Fil-71 minuta daħal fil-grawnd Nketiah bħala sostitut, imma dam jilgħab biss erba’ minuta għaliex tkeċċa b’karta ħamra diretta. B’inferjorità numerika ta’ plejers fil-grawnd Arsenal sabuha diffiċli biex iżommu lil Leicester u Jamie Vardy skorja l-gowl tad-draw fl-84 minuta.

Dan kien riżultat ieħor diżappuntanti għat-tim ta’ Brendan Rodgers li għadu ma jistax isib saqajh mir-ritorn wara l-pandemija.

 

Watford 2   Norwich 1

Nifs qawwi għal Watford fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni meta laqgħu għandhom lil Norwich u rebħulhom 2-1. Għal Canaries din kienet daqqa ta’ ħarta oħra għaliex baqgħu ankrati f’qiegħ il-klassifika u jinsabu żewġ punti biss ‘il bogħod minn relegazzjoni matematika. F’dan il-konfront kienu Norwich li fetħu l-iskorm wara biss 4 minuti meta Buendia sab ix-xibka, imma fl-10 minuta Watford għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ Dawson.

Fil-55 minuta Welbeck skorja l-gowl tar-rebħa għal Watford li issa fetħu 4 punti distakk minn ma’ Aston Villa li jinsabu fl-aħħar tliet postijiet imma l-Villians għandhom logħba inqas.

 

Illejla jintlagħab programm t’erba’ logħbiet fil-Premier League:

19:00 Manchester City – Newcastle UTD

19:00 Sheffield UTD – Wolves

19:00 West Ham – Burnley

21:15 Brighton & Hove Albion – Liverpool

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Atalanta – PSG Fl-ewwel kwartifinali tal-UEFA Champions League, Atalanta ser jilagħbu kontra PSG f’eliminazzjoni diretta. Il-logħba ser tintlagħab fl-Estadio da Luz, f’Lisbona, il-Portugall. Atalanta deħlin għal dan il-konfront wara erba’…

Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Aktar