Premier Ingliż: Liverpool fl-ewwel post

Kienu żewġ goals minn żewġ penalties skorjata min Steven Gerard li taw rebħa oħra għall-Liverpool sabiex issa r-reds reġgħu quddiem fil-Premiership b’74 punt, żewġ punti vantaġġ fuq Chelsea bl-istess amont ta’ logħob.

Steven Gerrard skorja l-ewwel penalty fl-44 minuta iżda kien Guy Demel li ġab id-draw għall West Ham għal 1-1.

Iżda Liverpool ma inħakmu mill-ebda paniku baqgħu jattakkaw u jilgħabu l-logħba tagħħom huma regġħu ingħataw penalty ieħor fil-71 minuta u għal darb’oħra Gerrard ma
falliex għal skore finali ta’ 2-1.

Fil-logħba li ntlagħbet iktar qabel Arsenal sofrew telfa away ta’ 3-0 għand Everton.

Il-Blues issa telgħu bi 63 punt fil-klassifika u komplew isaħħu l-ħames post fil-klassifika u kważi ċerti min parteċipazzjoni Ewropeja għal staġun ieħor.

Everton marru fil-vantaġġ fl-14 -il minuta permezz ta’ Steven Naismith.

It-2-0 wasal minn Romelu Lukaku fl-34 minuta u s-siġil finali wasal min own goal ta’ Mikel Arteta mas-siegħa logħob għal skor finali ta’ 3-0. Issa Everton jinsabu punt biss taħy l-istess Arsenal b’logħba inqas.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-ħolma li xi darba ż-żewġ stilel kbar tal-futbol jilagħbu flimkien fl-istess tim, spiċċat qabel ma biss kienet bdiet. Ftit tal-jiem ilu bdew iduru spekulazzjonijiet li Barcelona kienu interessati jakkwistaw lil…

Futbol internazzjonali

Il-klabb Amerikan Inter Miami ffirmaw lil Blaise Matuidi wara li dan ħalla lil Juventus ftit tal-jiem ilu. It-tim mill-Major League Soccer ma ħallsu xejn għas-servizzi tal-Franċiż li fil-passat rebaħ it-Tazza…

Futbol internazzjonali

Barcelona – Bayern Munich Illejla jkun eliminat wieħed mill-aqwa timijiet Ewropej meta Barcelona jaffaċċjaw lil Bayern Munich. Il-Katalani tilfu biss logħba waħda mill-aħħar tlettax li lagħbu f’kull kompetizzjoni, u f’dan…

Futbol internazzjonali

Leipzig tal-Ġermanja għelbu lil Atletico Madrid ta’ Spanja fit-tieni kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League u kkwalifikaw għas-semifinali. Leipzig fetħu l-iskor fil-50 minuta minn gowl ta’ Daniel Olmo. Madankollu l-Ispanjoli għamlu…

Aktar