Futbol internazzjonali
Premier Ingliż: Manchester UTD jirbħu għand Brighton

Brighton & Hove Albion 0   Manchester United 3

Manchester United laħqu lil Wolves fil-klassifika u telgħu fil-ħames post meta marru għand Brighton u rebħulhom 3-0. Kien Greenwood li poġġa lir-Red Devils minn fuq mal-kwarta logħob u Fernandes żied ieħor 15-il minuta wara għal 2-0. Il-Portugiż Fernandes għal darb’oħra sab ix-xibka fil-50 minuta biex għalaq il-logħba 3-0 u b’hekk Manchester United telgħu bi 52 punt, żewġ punti inqas minn Chelsea li jinsabu fir-raba’ post u tlieta inqas minn Leicester li jinsabu t-tielet.

B’hekk tkompli tiħrax it-taqtiegħa għall-postijiet fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej bejn Leicester City, Chelsea, Manchester UTD u Wolves.

 

Intant, illejla jintlagħbu erba’ logħbiet mill-Kampjonat Premier Ingliż:

19:00 Arsenal – Norwich

19:00 Bournemouth – Newcastle UTD

19:00 Everton – Leicester C.

21:15 West Ham – Chelsea

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Andrea Pirlo se jinħatar kowċ tat-tim ta’ taħt it-23 sena ta’ Juventus. ‘Il Maestro’, hekk kif inhu magħruf, ġab il-liċenzja ta’ kowċ minn Coverciano stess. Hu kien irtira fl-2017. Skont…

Futbol internazzjonali

Għal xhur sħaħ kien hemm diversi għidut u spekulazzjonijiet li Lionel Messi, il-captain ta’ Barcelona, irid jitlaq lit-tim. Matul il-pandemija tal-Covid-19 l-Arġentin kien wieħed mill-plejers li attakka l-amministrazzjoni tal-klabb fil-miftuħ,…

Futbol internazzjonali

Real Madrid 1   Getafe 0 Real Madrid resqu pass eqreb viċin it-titlu meta għelbu lil Getafe 1-0. Din ir-rebħa fissret 3 punti oħra għal-Los Blancos li issa fetħu 4 punti…

Futbol internazzjonali

Atalanta 2   Napoli 0 Atalanta baqgħu għaddejjin mill-forma pożittiva tagħhom meta laqgħu lil Napoli u rebħulhom 2-0 biex issa kważi ċerti minn post fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej. Il-gowls kienu…

Aktar