Futbol internazzjonali
Premier League: Arsenal iwaqqfu lil Liverpool milli jilħqu r-rekord ta’ Manchester City

Arsenal 2   Liverpool 1

Fl-Emirates Stadium Arsenal ħarġu rebbieħa fuq iċ-champions Liverpool bl-iskor ta’ 2-1, biex b’hekk ir-Reds ma jistgħux jilħqu r-rekord li kienu waqqfu Manchester City, dak li jilħqu l-100 punt fi staġun wieħed. Kienu Liverpool li fetħu tajjeb u marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Mane fl-20 minuta, imma Lacazette għamel l-iskor indaqs fit-32 mintua u Nelson poġġa lill-Gunners minn fuq fl-44 minuta, vantaġġ li żammewh sa tmiem il-logħba.

 

Manchester City 2   Bournemouth 1

Żewġ gowls fl-ewwel taqsima wittew it-triq biex Manchester City ħarġu rebbieħa fuq Bournemouth, b’tal-aħħar issa kważi ċerti li fl-istaġun li ġej ser ikunu qed jilagħbu fiċ-Championship. Silva u Gabriel Jesus skurjaw iż-żewġ gowls tas-City fis-6 minuta u fid-39 minuta rispettivament.

Fit-tieni taqsima Bournemouth kellhom gowl ta’ King imħassar minħabba li l-VAR aġġudika li kien f’pożizzjoni t’offside, sakemm Brooks naqqas id-distakk fit-88 minuta, gowl li wasal tard wisq biex Bournemouth setgħu jippressaw għad-draw.

 

Newcastle UTD 1   Tottenham H. 3

Tottenham Hotspur ħadu rebħa importanti barra minn darhom fuq Newcastle u għadhom biċ-ċans li jikkwalifikaw għall-Europa League fl-istaġun li ġej. Kienu l-Ispurs li fetħu l-iskor permezz ta’ Son fis-27 minuta u hekk baqgħu sa tmiem l-ewwel taqsima. It-Toons għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ Ritchie fis-56 minuta, imma erba’ minuti wara l-attakkant Kane reġa’ poġġa lil Tottenham fil-vantaġġ. L-istess Kane reġa’ sab ix-xibka fid-90 minuta biex aċċerta mit-tliet punti għat-tim tiegħu.

 

Fil-logħba l-oħra, Wolves kienu miżmuma barra minn darhom minn Burnley fi draw ta’ 1-1.

 

Illejla jintlagħbu erba’ logħbiet mill-Premier League:

19:00 Everton – Aston Villa

19:00 Leicester C. – Sheffield UTD

21:15 Crystal Palace – Manchester UTD

21:15 Southampton – Brighton & Hove Albion

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Futbol internazzjonali

Lecce 3   Parma 4 Lecce tilfu l-aħħar logħba tagħhom fis-Serie A meta laqgħu għandhom lil Parma u tilfu 4-3. Parma fetħu żewġ gowls vantaġġ qabel in-nofs siegħa logħob meta l-ewwel…

Aktar