Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Arsenal jegħlbu lil Sheffield Utd; Leicester jitilfu f’darhom kontra West Ham

Diversi partiti li ntlagħbu llum mir-raba’ ġurnata.

Fiż-żewġ partiti li ntlagħbu kmieni, rebħiet għal West Ham barra minn darhom għand Leicester City u għal Southampton f’darhom kontra West Brom.

Il-Ħammers kellhom rebħa konvinċenti ta’ 3-1. Michael Antonio fetaħ l-iskor fl-14-il minuta u Pablo Fornals irdoppja fl-34 minuta. Jarrod Bowen assigura t-tliet punti fit-83 minuta.

Southampton jegħlbu f’darhom lil West Brom bi skor ta’ 2-0. Moussa Djenepo fetaħ l-iskor fil-41 minuta u Oriol Romeu rdoppja fid-69 minuta.

Arsenal għelbu fl-Emirates Stadium lil Sheffield Utd bi skor ta’ 2-1. Il-Gunners imorru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Saka fil-61 minuta. Pepe rdoppja tliet minuti wara. Il-Blades jidħlu fil-partita b’gowl ta’ McGoldrick fl-84 minuta.

Wolves jegħlbu lil Fulham bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita jiskurjaħ Pedro Nedo fis-56 minuta.

Miktub minn...
TVM Sport