Futbol internazzjonali
Premier League Ingliż: Chelsea jdawru żvantaġġ doppju u jirbħu

Chelsea għelbu lil Southampton barra minn darhom bi skor ta’ 3-2 wara li kienu saħansitra żewġ gowls minn taħt. Dusan Tadic fetaħ l-iskor għal Southampton wara 21 minuta u Jan Bednarek irdoppja fis-60 minuta. Rimonta ta’ Chelsea tasal fi tmien minuti. Fis-70 minuta Oliver Giroud jiskorja l-ewwel gowl għall-Blues, Eden Hazard iġib id-draw fil-75 u Giroud jerġa’ jiskorja l-gowl tar-rebħa fit-78 minuta.

Crystal Palace għelbu lil Brighton bi skor ta’ 3-2. Zaha fetaħ l-iskor għal Crystal Palace wara 5 minuti u Tomkins jirdoppja fl-14-il minuta. Murray jiskurja gowl lura għal Brighton fit-18-il minuta iżda Zaha jagħmilhom 3-1 fl-24 minuta. Izquerido jiskorja t-tieni gowl għal Brighton fl-34 minuta. Ġames gowls li saru kollha fl-ewwel taqsima.

F’partiti oħra, Burnley għelbu lil Leicester bi skor ta’ 2-1; Huddersfield għelbu Watford bi skor ta’ 1-0 u Swansea u Everton spiċċaw fi draw ta’ 1-1.

Bħalissa qed tintlagħab Liverpool – Bournemouth u llejla fid-20.45, Tottenham jilqgħu lil Manchester City.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Illejla ssir edizzjoni oħra tal-FIFA Football Awards li se tippremja l-aħjar player tal-istaġun 2017/18. Is-serata tal-lejla tibda fit-8.30pm qed tiġi mxandra diretta fuq TVM2. Cristiano Ronaldo, Luka Modric u Mohamed…

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż: Żewġ partiti interessanti li ntlagħbu llum: Fid-derby ta’ Londra, draw ta’ mingħajr gowls bejn West Ham u Chelsea f’partita li minkejja li t-tim ta’ Sarri kellu l-aktar…

Futbol internazzjonali

Gianni Infantino, President tal-FIFA, qal lill-kowċis minn madwar id-dinja kollha li l-VAR li ġiet introdotta fit-Tazza tad-Dinja li għaddiet se tibqa’ tintuża fil-kompetizzjonijiet futuri tal-FIFA fis-snin li ġejjin. Infantino kien…

Futbol internazzjonali

Kampjonat Taljan, Serie A: Erba’ partiti li ntlagħbu l-Ħadd wara nofsinhar mill-ħames ġurnata. Napoli ħadu rebħa tajba u importanti meta barra minn darhom għelbu lil Torino bi skor ta’ 3-1….

Aktar